X'jgħidu r-regoli tal-privatezza tagħna, u kif jaffettwawk lilek?

Qabel tibda tilgħab, hi r-responsabbilta' tiegħek li taqra l-informazzjoni fuq l-offerti u promozzjonijiet fuq is-siti tal-logħob tal-azzard. Mhix responsabbilta' tagħna jekk xi informazzjoni mhix ċara jew korretta.

Il-promozzjonijiet u l-offerti li niżżilna fis-sit tagħna, jagħmlu parti mas-sit konċernat. Aħna m'għandniex x'naqsmu jekk il-kumpanija tbiddel dawn l-offerti, u lanqas aħna responsabbli jekk l-informazzjoni hi aġġornata. Aħna ma noffrux għajnuna lill-parteċipanti li jiltaqgħu ma' xi diffikulta fil-logħba li jkunu qegħdin jilgħabu. Għall-għajnuna, jekk jogħġbok agħmel kuntatt mal- każinò.

Il-pariri li ngħatu huma offruti biss bħala tip ta' informazzjoni. Ma noffrux strateġiji li jgħinuk tirbaħ kull logħba. Aħna m'aħniex responsabbli għat-telf tiegħek; int responsabbli biżżejjed biex tilgħab bilgħaqal. Hi responsabbilta' tiegħek ukoll li tgħaraf is-sintomi tal-vizzju tal-logħob, u li tipparteċipa biss għal gost.

Għandek ir-responsabbilta' li tkun konxju tal- liġijiet tal-logħob tal-azzard fil-pajjiż tiegħek, għax aħna ma narawx li l-individwu qed jimxi skond ir-regoli tal-pajjiż fejn joqgħod.

L-informazzjoni fis-sit tagħna ma tistax tiġi ppubblikata xi mkien ieħor, għax huma d-drittijiet tal-awtur. M'għandekx dritt li tikkopja l-informazzjoni mingħajr il-permess tal-awtur.

Is-sit tagħna jieħu l-passi meħtieġa biex jipproteġi d-dettalji personali tal-individwu. Pero', m'għandniex x'naqsmu mas-sigurta' ta' siti oħrajn; hi r-responsabbilta' tagħhom li jaraw li l-informazzjoni tal-utent hi sigura.